Mistoqsijiet frekwenti

Kif nista' nwaqqaf l-abbonament tiegħi?

Biex twaqqaf l-abbonament, agħfas fuq il-link fl-email li rċevejt.

Kif nista' nibdel il-pajjiż, l-indirizz, il-lingwa jew l-isem (pereżempju f'każ ta' żball fl-ortografija)?

Biex tibdel il-preferenzi tiegħek, illoggja fil-profil personali tiegħek u aġġorna d-dettalji tiegħek. Jekk ma jirnexxilekx taġġorna l-preferenzi tiegħek, ibgħat avżana: kuntatt@diddarbasenivvota.eu

Kif nista' nitgħallem aktar dwar kif ix-xogħol tal-Parlament Ewropew huwa ta' benefiċċju għall-ħajja ta' kuljum tiegħi?

Tista' ssib tagħrif dwar il-ħidma tal-Parlament Ewropew u l-kwistjonijiet involuti fuq is-sit web tagħna: http://www.europarl.europa.eu/news/mt.

Il-kanali tal-midja soċjali tal-Parlament Ewropew huma wkoll sors tajjeb biex tikseb l-aħħar informazzjoni:

Nixtieq nirrapporta żball / Is-sit tagħkom mhuwiex jaħdem tajjeb

Grazzi talli ndunajt. Jekk jogħġbok ibgħat email lil kuntatt@diddarbasenivvota.eu

Ninsab ċert(a) li stedint 20 persuna jieħdu sehem fil-kampanja iżda dan ma jidhirx fil-profil tiegħi!

Iċċekkja li n-nies li qed tistieden qed jużaw il-link unika t-tajba (dik li tispiċċa b'numru). Jekk taħseb li kien hemm żball, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq kuntatt@diddarbasenivvota.eu.